Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-Malta Football Association illum ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu fejn tliet plejers mill-Kampjonat Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Bjorn Kristensen ta’ Hibernians F.C., Jamie Zerafa ta’ Santa Lucia F.C. u Lee Galea ta’ Senglea Athletic F.C. ġew sospiżi logħba u għalhekk mhux ser ikunu għad-diżpożizzjoni tal-kowċis rispettivi għall-partiti tat-tmiem il-ġimgħa.
Il-President ta’ Sliema Wanderers F.C. Jeffrey Farrugia ġie sospiż erba’ logħbiet wara li tkeċċa minn fuq il-bank tas-sostituti fil-parita tat-tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Gżira United F.C.