Hekk kif illejla tibda tintlagħab il-21 ġurnata tal-Kampjonat Premier, ilbieraħ filgħaxija il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospensjonijiet tiegħu fejn tliet plejers ġew sospiżi logħba kull wieħed. Dawn huma:
Taylon Marcolino (Hibernians FC)
Ricardo Martin (St Andrews FC)
Jacson Paixao (Tarxien R. FC)
L-attakant ta’ Hibernians Marcolino ser jitlef il-logħba tal-lejla kontra Sliema Wanderers filwaqt li Ricardo Martin ta’ St Andrews ser ikun nieqes għal logħba tal-Ħamis kontra Senglea Athletic. Paixao ta’ Tarxien ser jitlef il-logħba tal-Ħamis kontra Qormi FC.