It-tliet irġiel li lbieraħ allegatament ippruvaw iwettqu serqa minn dar fis-Swieqi se jitressqu l-Qorti illum għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. Huma se jkunu akkużata b’serq, sewqan perikoluż u li ma obdewz l-ordnijiet tal-Pulizija. It-tliet akkużati se jidhru quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ filgħodu meta l-Pulizija li kienu xogħol fl-Għassa ta’ San Ġiljan irċevew telefonata mingħand persuna li waqt li kienet fid-dar tagħha fi Triq Żejni, fis-Swieqi, semgħet xi ħsejjes suspettużi ġejjin minn barra.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/11/04/il-pulizija-tarresta-tliet-hallelin-fil-fatt-waqt-attentat-ta-serqa-minn-dar-fi-swieqi/