Għall-ħabta tas-sebgħa tal-lejla, il-Pulizija se tressaq tliet persuni l-Qorti akkużati b’ħasil ta’ flus fost l-oħrajn.
Dawn se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.
Ilbieraħ ġie rrappurtat li l-Pulizija arrestat madwar għaxar persuni li allegatament huma involuti f’ċirku ta’ kuntrabandu tal-fjuwil.
Dan f’numru ta’ rejds madwar Malta biex jitwaqqaf ċirku kriminali.
Żewġ persuni mressqa l-Qorti diġà ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest filwaqt li persuna oħra arrestata, li hija l-avukat Arthur Azzopardi tinsab fuq il-police bail.