Tliet persuni mietu u tlieta oħra ndarbu serjament wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’park f’Reading l-Ingliterra f’att li qed jitqies wieħed terroristiku. Il-każ seħħ fit-tmienja ħin lokali tas-Sibt filgħaxija.
Raġel ta’ 25 sena minn Reading u li skont sorsi tas-sigurtà huwa maħsub li huwa ta’ nazzjonalità Libjana, ġie arrestat fuq il-post immedjatament.
Matul il-jum tal-Ħadd, tnejn minn dawk li ndarbu serjament ħarġu mill-isptar.