Tlett persuni mietu u tnejn indarbu wara splużjoni f’ħanut li jsewwi r-roti f’Via Garibaldi, f’Katanja. Tnejn mill-vittmi huma ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-vittma l-ieħor huwa anzjan li joqgħod f’dan il-bini. Huwa mifhum li l-ġirien ċemplu għal għajnuna wara li xammew riħa ta’ gass qawwija. Hekk kif il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili bdew jiftħu l-katina biex jidħlu f’dan il-ħanut, seħħet spluzzjoni u l-bini ħa n-nar.
Iż-żewġ pumpiera mietu ftit wara li waslu fl-Isptar Vittorio Emanuele, waqt li l-ġisem bla ħajja tal-anzjan nstab fit-tifrik.