Tliet persuni mejta, wara allegat attakk Russu bil-missili, fil-Belt Ukrena ta’ Lviv.
Ħabbar dan is-sindku tal-belt, Andriy Sadovyi, li qal li hemm madwar 8 persuni oħra midruba, wieħed minnhom serjament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra minn hekk, jista’ jkun hemm persuni oħrajn maqbuda taħt it-tifrik.
Il-militar Russu, la ċaħad u lanqas ikkonferma dan l-attakk.
Is-Sindku tal-belt, ippubblika wkoll filmat li juri l-ħsarat li kkawża dan l-attakk.
Huwa qal li aktar minn 50 appartament u 50 vettura ġarrbu diversi ħsarat.
It-tfittxija għal persuni li jista’ jkun għadhom taħt it-tifrik, għadha għaddejja.
Ritratt: BBC