Tliet persuni nqatlu u ħmistax oħra ndarbu wara attakk li seħħ minn raġel b’sikkina f’ħanut tal-merċa f’Shanghai t-Tnejn filgħaxija.
Il-pulizija Ċiniża qalet li arrestat raġel ta’ 37 sena bil-kunjom Lin fuq il-post, u żiedet tgħid li r-raġuni wara dan l-attakk kien biex ineħħi r-rabja tiegħu minħabba tilwima personali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jidher li d-diskussjonijiet dwar dan il-każ qed jiġu ċċensurati fuq il-mezzi soċjali Ċiniżi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.