Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa f’Telgħet Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ meta żagħżugħ t’20 sena minn Bormla tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, ħabat ma’ vettura pparkjata u nqeleb.
Flimkien miegħu kien hemm żewġ passiġġiera – żagħżugħa ta’ 15-il sena u mara ta’ 39 sena. It-tnejn mill-Iklin. It-tliet persuni ttieħdu l-Isptar b’ambulanza.
Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera weġġgħu ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.