Tliet sewwieqa ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku li kien jinvolvi żewġ trakkijiet u vettura fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu fi triq Buqana fir-Rabat meta għal xi raġuni żewġ trakkijiet u vettura tat-tip Jaguar kellhom impatt.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tliet sewwieqa l-isptar Mater Dei biex jirċievu l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.