Tliet persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Labour fil-Marsa fil-ħamsa tal-Ħadd filgħodu.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza tat-tip Honda Civic u vann tat-tip Toyota Ace.
Il-Honda kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena miż-Żejtun filwaqt li t-Toyota kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena minn Ħaż Żabbar.
Fil-vann kien hemm ukoll raġel ta’ 50 sena minn Marsaskala.
Iż-żewġt irġiel li kienu fil-vettura tal-għamla Toyota Toyoace qed isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier tal-Honda sofra ġrieħi ħfif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.