Żewġ persuni, raġel ta’ 72 sena u mara ta’ 66 sena mill-Iklin weġgħu gravi, waqt li raġel ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ ħafif wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-bypass ta’ Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu, fi Triq Dun Karm.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi.
It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.



Ritratt ta’ barra: Talk.mt / Ritratti ta’ ġewwa: CMRU