Tliet persuni, fosthom żewġt itfal, ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura wara li għal xi raġuni x-xuffier tal-karozza li kienu rekbin fiha, tilef il-kontroll, b’konsegwenza li l-karozza baqgħet dieħla ġo ħajt.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm, fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Pulizija u tim mediku, li aktar tard ħa lil dawn it-tliet persuni l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni ta’ dawn it-tliet persuni għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha mhux magħrufa.