Tliet persuni fosthom tifla ta’ tnax-il sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal kura wara ħabta bejn żewġ karozzi f’ San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart ta’ dalgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
B’konsegwenza tal-impatt waħda mill-karozzi nqalbet.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lit-tliet persuni l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.