Tliet persuni, fosthom tarbija ta’ ftit xhur ittieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara ħabtu bil-karozza tal-għamla Toyota Starlet ma’ żewġ vetturi oħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Iż-żewġ vetturi l-oħra huma tal-għamla Peugoet 607, li kienet qed tinstaq minn Albaniż u Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 minn Ħaż-Żebbuġ.
Il-kundizzjoni tat-tliet persuni għadha mhux magħrufa.
Kawża ta’ dan l-inċident it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.