Tliet persuni tilfu ħajjithom u tnejn jinsabu rrapportati nieqsa wara urugan rari f’forma ta’ maltempata li għadda minn fuq il-Greċja u kkawża għargħar madwar il-pajjiż.
Mijiet ta’ persuni spiċċaw maqbuda kawża taċ-Ċiklun Ianos, magħruf aħjar bħala urugan Mediterranju.
Kawża tal-għargħar twaqqaf is-servizz tal-ferrovija bil-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis wiegħed li “iż-żoni milquta se jingħataw l-appoġġ meħtieġ.”