Tliet persuni nqatlu b’diversi daqqiet ta’ sikkina u erbgħa oħra ndarbu f’attakk terroristiku f’belt ċentrali Iżraeljana, Elad.
Il-midja Iżraeljana rraportat kif żewġ Palestinjani armati bi skieken u mannara immiraw lejn persuni innoċenti li kienu mixjin ġo park fil-viċin. L-attakk seħħ f’jum l-Indipendenza ta’ Iżrael, festa pubblika li timmarka l-bidu tat-tmexxija indipendenti tal-pajjiż.
Il-biċċa l-kbira tar-residenti f’din il-belt huma membri tal-komunità Lhudija Ortodossa.
L-awtoritajiet lokali f’Elad ordnaw lir-residenti biex jibqgħu ġewwa hekk kif bħalissa għaddejja tfittxija estensiva biex jinstabu dawn iż-żewġ attakkanti.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken qal li l-Istati Uniti jikkundannaw bil-qawwa l-attakk terribbli li kien immirat lejn rġiel u nisa innoċenti.
Bħalissa t-tensjonijiet bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani qed jerġgħu jintensifikaw hekk kif l-attakki fl’Iżrael qed jiżdiedu hekk kif ftit tal-ġarent ilu l-grupp militanti Palestinjan Hamas, attakka l-aktar sit meqjus qaddis f’Ġerusalemm.