Minn tal-inqas tliet persuni, fosthom tifel ta’ 14-il sena, indarbu waqt sparatura li seħħet qrib il-metro f’Lille fi Franza.
Qed jingħad li l-persuna li bdiet tispara għadha ma nqabditx mill-Pulizija, dan hekk kif ħarbet wara li wettqet l-attakk f’parkeġġ fil-belt ta’ Lille.
Tifel ta’ 14-il sena laqqat tir f’siequ, filwaqt li t-tieni vittma ntlaqat f’għonqu fejn jinsab f’kundizzjoni kritika.
It-tielet persuna li sfat midruba ttieħdet ukoll l-isptar.
L-ebda persuna li ndarbat mhi fil-periklu tal-mewt.
Għadu ma ġiex ikkonfermat x’kien il-mottiv li wassal għal dan l-attakk.