Tliet persuni sofrew ġrieħi ħfief wara li tqanqal argument bejn erba’ persuni fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħaxija fi Triq is-Salib tal-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li rnexxielu jikseb one.com.mt, l-argument seħħ bejn raġel ta’ 50 sena u mara ta’ 46 sena u żewġt irġiel barranin.
Fuq il-post kien issejħu l-pulizija u żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ koppji l-isptar Mater Dei.
Hemmhekk il-mara u r-raġel u raġel wieħed barrani ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.
Dan filwaqt li huwa mifhum li r-raġel barrani l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.