Tliet persuni, inkluż tifla, li kienu involuti f’ħabta fl-Imġarr il-Ħadd waranofsinhar ma sofrew l-ebda ġrieħi serji u wara osservazzjonijiet mediċi li kienet teħtieġ persuna minnhom, ilkoll irritornaw id-dar.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li, għal xi raġuni, vettura tat-tip Nissan kellha impatt ma’ crash barrier fuq in-naħa opposta tat-triq. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei, flimkien ma’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll numru ta’ uffiċjali tal-muturi minn Transport Malta li bdew jassistu l-immaniġġjar tat-traffiku, waqt li, minn informazzjoni mill-Pulizija, il-vettura tneħħiet minn fuq il-post ftit tal-ħin wara.