Fis-sigħat li għaddew, ġew arrestati mill-ġdid mill-Pulizija, tliet persuni li kienu rilaxxati fuq police bail. Dawn il-persuni oriġinarjament ġew arrestati flim ma’ tliet persuni oħra b’rabta mat-tiġrif tad-dar tal-familja Pace.
Fl-aħħar ħin ukoll, wieħed mill-persuni li kien arrestat ilbieraħ, il-5 ta’ Marzu, 2020, ġie rilaxxat fuq police bail.
Is-sitt persuni qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u dwar il-każ hemm ukoll Inkjesta Maġisterjali.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/06/il-gvern-jipprovdi-akkomodazzjoni-alternattiva-lill-familja-pace/