Il-Pulizija mir-Rabat Għawdex, ressqet tliet persuni l-Qorti. Żewgt irġiel, ta’ 56 sena u ta’ 31 sena, it-tnejn mill-Ġeorġia, u raġel ta’ 46 sena mill-Uzbekistan ġew akkużati li ilbieraħt’lura riedu jwettqu serqa, iżda din sfrattat wara li ġrat xi ħaga aċċidentali u indipendenti mill-volonta tagħhom.
Ġew akkużati ukoll li nhar l-24 ta’ Ottubru li għadda, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, ikkommettew serqa minn residenza privata f’Għajnsielem kif ukoll talli volontarjament għamlu ħsarat fi ħwejjeġ ħaddieħor.
Ir-raġel ta’ 54 sena u r-raġel ta’ 31 sena, ġew akkużati ukoll li nhar il-31 ta’ Awwissu 2016, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart, ikkommettew serqa oħra f’residenza privata f’Għajnsielem u għamlu ħsarat fi ħwejjeg ħaddieħor.
L-imputat ta’ 46 sena wieġeb ħati u ngħata sentenza ta’ 15-il xahar ħabs. Iż-żewġ imputati l-oħra wieġbu mhux ħatja u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest, filwaqt li ntbagħatu l-Facilità Korrettiva ta’ Kordin.