Maltempati qawwija laqtu partijiet fin-Nofsinhar u fiċ-ċentru tal-Ewropa li kawża tagħhom mietu mill-inqas 12 -il persuna.
Tlieta mill-vittmi huma tfal.
Il-maġġoranza ta’ dawn l-imwiet kienu kawża ta’ siġar li waqgħu.
L-Italja, l-Awstrija u l-gżira Franċiża ta’ Corsica kienu fost dawk li ntlaqtu mill-maltempati.
Filfatt, f’Corsica ġie rrapportat li riħ u xita qawwija ħarbtu għalkollox żoni fejn in-nies jikkampjaw. Huwa mifhum li hawnhekk tilfet ħajjitha, tfajla ta’ tlettax -il sena.
Fost il-vittmi kien hemm ukoll mara ta’ tnejn u sebgħin sena li mietet fil-karozza tagħha wara li ntlaqtet minn saqaf ta’ għarix li nqala’ minn postu kawża ta’ dan it-temp.
Dan filwaqt li numru ta’ persuni oħra mietu fuq il-baħar.