L-Iżrael ħeles grupp ieħor ta’ priġunieri Palestinjani wara li l-Hamas ħeles tliet ostaġġi bħala parti mill-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.
Ftehim li waqqaf 15-il xahar ta’ ġlied fil-Medda ta’ Gaża.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, il-Hamas taw tlett ostaġġi Iżraeljani lil uffiċċjali tas-Salib l-Aħmar. Ftit wara imbagħad 32 priġunier ġew meħlusa mill-Ħabs Militari ta’ Ofre. 150 priġunier ġew deportati lejn Gaza.