L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA ħejjiet investigazzjoni u operazzjoni ta’ tindif wara rapporti li fi tmiem il-ġimgħa lejn in-Nofsinhar ta’ Malta deher slime fil-baħar.
Hekk kif waslu fuq is-sit, l-uffiċjali tal-ERA kkonfermaw il-preżenza tas-slime filwaqt li talbu lit-tliet operaturi tal-irziezet tal-ħut biex jibdew il-proċess ta’ tindif tas-slime minn mal-kosta.
L-operaturi tal-irziezet ikkoperaw immedjatament u bdew it-tindif fiż-żoni ta’ St Peter’s Pool, il-Bajja ta’ San Tumas u ż-żoni tal-għawm f’Marsaskala.
L-Awtorità rċeviet ukoll rapporti ta’ slime mal-kosta ta’ Pembroke u San Ġiljan li wkoll qegħdin jiġu indirizzati.