Il-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva, b’vot unanimu, in-nomina ta’ zewġ ambaxxaturi residenti u ambaxxatur mhux residenti, wara li ġew proposti mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.
Dawn l-ambaxxaturi huma:
1. Jean Claude Galea, Ambaxxatur ta’ Malta, Residenti, għall-Ghana.
2. Vanni Xuereb, Ambaxxatur ta’ Malta, Residenti, għal Spanja.
3. Ray Bondin, Ambaxxatur ta’ Malta, mhux Residenti, għall-Bulgarija.
Il-Ministru Carmelo Abela esprima apprezzament u gratitudni għall-ħidma li wettqu dawk li sa issa kienu qed jokkupaw il-kariga ta’ Ambaxxatur ghall-Bulgarija u Spanja, filwaqt li nħarsu ‘l quddiem għall-isfida l-ġdida ġewwa l-Ghana.