Huma tlieta l-kandidati għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Meta fis-sebgħa ta’ filgħaxija tal-lum għalaq il-ħin li jintefgħu n-nomini żdiedet biss in-nomina tal-Ministru Owen Bonnici ma’ dawk li kienu sottomessi lbieraħ. Fil-fatt ilbieraħ daħlu n-nomina tagħhom il-Ministru Chris Cardona u l-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi.
Fl-aħħar sigħat kienu persistenti x-xnigħat li ma’ dawn kienet se tingħaqad ukoll Lydia Abela, Segretarju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Iżda, fl-aħħar mill-aħħar in-nomini li daħlu kienu tal-kandidati li tkellmu pubblikament fl-aħħar jiem.