Tliet nisa nstabu mejta wara li persuna ħadhom ostaġġ f’kumpless Amerikan tal-veterani tal-gwerra f’Kalifornja.
Il-Pulizija ippruvaw jikkomunikaw ma’ l-attakkant matul il-ġurnata kollha iżda kien kollu għalxejn.
Huwa nstab mejjet fil-kamra fejn qatta’ l-biċċa l-kbira tal-jum tal-Ġimgħa, wara skambju ta’ sparar mal-pulizija.
Is-senatur tal-Istat Bill Dodd qal li l-attakant kien membru ta’ Pathway Home, programm fil-kumpless tal-veterani bbażat biex jikkura dawk li jsofru minn stress post-trawmatiku.
It-tliet nisa huwa mifhum li kienu impjegati fil-kumpless.