Mument Storiku għal-Muay Thai f’Malta! Għall-ewwel darba fl-istorja tliet nisa maltin ġew ċertifikati bħala ġudikanti uffiċjali tal-WBC Muay Thai u għadhom kif iddebuttaw fl-avveniment ta’ għeluq l-20 sena tal-WBC Muay Thai f’Verona l-Italja .
Dan hu pass storiku mhux biss għal dawn in-nisa iżda wkoll għal Malta kollha, peress li issa għandna preżenza prestiġjuża fid-dinja internazzjonali tal-Muay Thai.
It-tliet nisa pijunieri maltin huma: Mariana Azzopardi Spiteri, Sarah Vella u Emma Xuereb.
Iżda l-mument glorjuż ta’ Malta ma waqafx hawn. Kien hemm total ta’ disa’ persuni minn Malta li saru ufficjali tad-WBC Muay Thai . Dawn huma: Jesred Piscopo, Matt Goldham, Chris Kovacs, Calvin Dean u Leon Montanaro. Magħhom kien hemm ukoll ir-rappreżentant tad-WBC Muay Thai u Wbc Muay Thai Amateurs għal Malta Noel Mercieca, persuna li ma għandux bżonnta’ introduzzjoni.
Noel huwa pilastru f’dan l-isport f’Malta, li bil-passjoni u d-dedikazzjoni tiegħu spiss imexxi l-atleti maltin fuq livell internazzjonali.
Dawn il-pijunieri irrappreżentaw lil Malta b’dinjità u kburija, f’waħda mill-akbar avvenimenti tal-Muay Thai globalment.