Tliet migranti nqatlu u ieħor indarab serjament wara li ntlaqtu minn ferrovija fi Franza.
L-awtoritajiet qalu li l-migranti kienu mitfugħin fuq il-binarji meta ntlaqtu fil-belt kostali viċin Biarritz it-Tlieta filgħodu.
Dwar il-każ għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija imma ċ-ċirkostanzi tal-inċident għadhom mhumiex ċari.
Is-sindku ta’ Ciboure qal li l-post fejn seħħ l-inċident hija rotta popolari mal-migranti minn fejn jaqbdu l-ferroviji.
Żied li x’aktarx, il-migranti kienu reqdin jew mitfugħin fuq il-binarji.
Il-Pulizija għadhom qed jippruvaw jidentifikaw lill-migranti, li jidhru li kienu kollha ta’ nazzjonalità Alġerina.