Tliet membri tal-istess familja mietu waqt btala fuq il-Costa del Sol f’Spanja. It-tlett persuni rrappurtati huma tifla ta ‘ disa’ snin, l-missier u ħuha l-kbir fejn instabu mitlufin minn sensihom f’pixxina f’riżort, lejliet il-Milied.
L-operatur tal-vvjaġġar u l-lukandi tenna li l-management kien qed jassisti lill-awtorijiet fl-investigazzjoni tagħhom.
Ir-riżort Club la Costa World jinsab fil-viċinanzi tal-belt ta’ Fuengirola, li tinsab madwar għoxrin mil fin-nofsinhar ta’ Malaga.
L-inċident seħħ wara li t-tifla sabet diffikulta fl-ilma u ħuha u missierha pruvaw isalvawha. Omm it-tifla qajjmet suspett u qed tiġi mistoqsija mill-investigaturi dwar il-każ.
Id-dikjarazzjoni tal-operatur offriet l-kondoljanzi tagħha mill-qalb lill-familja milquta bit-telf ta’ tlett membri tal-familja propju fl-erbgħa u għoxrin ta’ Diċembru – lejliet il-Milied.