Ilbieraħ filgħaxija, iċ-Ċentru Malti ta’ Kordinazzjoni f’Salvataġġi mexxa operazzjoni fejn tliet membri tal-ekwipaġġ abbord tanker taż-żejt kellhom bżonn l-assistenza medika minħabba li ntilfu minn sensihom, wara li nqabdu f’tank tal-idrokarbonju.
Fuq il-post issejjaħ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta b’uffiċjal mediku tal-AFM stess abbord it-tanker ta’ mitejn u disgħa u tletin metru biex imexxi din l-operazzjoni ta’ salvataġġ. Il-persuni involuti nġiebu Malta għall-kura.
F’din l-operazzjoni ssejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei fil-ponta ta’ Dellimara bħala prekawzjoni f’każ li jkollhom bżonn jintervjenu.
Minkejja dan, nifhmu li l-baħrin ittieħdu direttament l-Isptar Mater Dei permezz tal-ħelikopter tas-suldati.