Inħarġet sejħa għal kuntratti ġodda li biha se jkun qed isir tisbiħ fl-akkomodazzjoni soċjali fil-Marsa, fil-Mosta u Santa Luċija.
Dan b’investiment ta’ żewġ miljun ewro li wieħed punt tmien miljun ewro minnhom ġejjin minn fondi Ewropej.
Minn dan it-tisbiħ se jgawdu tliet mija u sittin familja.
F’Konferenza virtwali ntqal li dan il-proġett se jinkludi pavimentar ġdid, installazzjoni ta’ bankijiet kif ukoll lifts ġodda sabiex il-bini jsir aktar aċċessibbli u jilħaq l-livelli moderni ta’ żvilupp urban.
Kien hawnhekk fejn il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Gales qal li apparti li se titjieb l-aċċessibbilità, se tisbiħ iż-żona tal-madwar permezz ta’ aktar siġar u arbuxelli f’żona residenzjali.
Qal, “Bil-għan li nkomplu mhux biss intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn it-tliet mija u sittin familja li se jibbenefikaw minn dan il-proġett imma wkoll li finalment noħolqu spazju miftuħ mhux biss għall-familji tagħna, għat-tfal ukoll u għall-uliedna biex igawdu wkoll minn dan il-proġett u joħloq ukoll sinerġija flimkien biex żviluppi bħal dawn jagħtu wkoll kwalità ta’ ħajja aħjar.”
Minn naħa tiegħu, is-Segretarju għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li dan il-proġett jifforma parti minn proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali ħafna ikbar li sewa madwar għaxar miljun ewro minn fondi Ewropej.
Spjega, “Se jkunu qegħdin jibbenefikaw bis-somma ta’ wieħed punt tmien miljun ewro ta’ fondi tal-Enjoni Ewropea u li permezz tagħhom se nkomplu ninvestu f’dan il-housing favur in-nies.”