Il-mibgħut speċjali għall-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, Joe Grima, se jiftaħ tliet libelli kontra l-MaltaToday, it-Times of Malta u l-blogger Daphne Caruana Galizia.
B’referenza għall-kummenti li kiteb fuq is-sit soċjali tiegħu lbieraħ dwar il-fatt li Londra eleġġew Sindku Musulman, Grima qal li fl-ebda ħin ma kien qed jirreferi għalih bħala wirdiena u wisq inqas ma kien qed jirreferi għal dawk li vvutawlu bħala wirdien. Huwa stqarr li jemmen fil-liberta’ tal-kelma u li bħalma għandu dritt jikkummenta, hekk ukoll għandu dritt ħaddieħor jikkummenta fuq li jikteb hu, b’kundizzjoni waħda – dik li ma ddawwarx dak li qed jgħid hu biex wieħed jinterpretah kif jaqbillu.
Intant, ilbieraħ Grima kiteb: “The writing is on the wall. The cockroaches have invaded dear old London. Londoners thought they were buttering their bread by voting in an Islamic Mayor but with the butter they allowed in the cockroaches.”