Il-maġġoranza tal-kontinent Ewropew qed jissielet biex ilaqqam il-popolazzjoni hekk kif qed tkun irreġistrata żieda qawwija fil-każijiet.
Analiżi ta’ Sky News sabet li l-infezzjonijiet qed jiżdiedu fi tliet kwarti tal-pajjiżi Ewropej, bl-akbar żidiet fiċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa
Partijiet mill-Estonja spiċċaw bla sodod fl-isptarijiet, filwaqt li r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja kellhom jibagħtu l-pazjenti f’pajjiżi oħra għax mhux ilaħħqu mad-domanda.
L-artiklu jinnota kif l-Ewropa diġà ntlaqtet b’mod ħażin ħafna mill-pandemija fl-ewwel mewġa s-sena li għaddiet, imma din id-darba hija differenti għaliex hemm bosta varjanti li jinfirxu iktar malajr.