Il-Qorti tal-Appell qablet mad-deċiżjoni tal-Qorti Inferjuri li ma sabitx tlett kuntratturi ħatja li remew skart tal-kostruzzjoni fil-baħar, għaliex ma kinitx ippreżentata biżżejjed evidenza tipprova dan.
Salvu Ellul, Anthony Bezzina, u Charles Polidano diretturi ta’ Elbros Ltd, Maritime Services Ltd u Polidano Brothers Ltd rispettivament tressqu l-qorti separatament fl-2006 akkużati bl-istess illegalita- li remew skart ta’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-Malta Freeport fil-baħar- bi ksur tal-permessi tal-MEPA u tal-Awtorità Marittima.
Fl-2013, l-Avukat Ġenerali appella għad-deċiżjoni tal-qorti. Iżda l-Imħallef David Sicluna sostna li peress li l-ammissjonijiet tal-akkużati ttieħdu mingħajr l-assistenza t’ avukat, kienu inammissibbli.