Il-Korp tal-Pulizija ssospenda tliet kuntistabbli, fid-dawl li qed ikunu investigati b’rabta ma’ allegazzjonijiet li naqsu b’mod gravi fil-qadi ta’ dmirijiethom, fosthom bl-użu ta’ vjolenza mhux meħtieġa fil-konfront ta’ persuni.
Minnufih skattat investigazzjoni mill-Korp kif ukoll ġie ddenunzjat lill-Maġistrat tal-Għassa u qed titmexxa inkjesta Maġisterjali.
Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija fakkar li ma jittollera l-ebda episodji simili mill-membri tiegħu, li fil-maġġoranza tagħhom iwettqu dmirhom b’serjetà u lealtà lejn is-soċjetà u lejn il-Korp innifsu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI