Tliet karozzi ħadu n-nar f’Bormla u f’Ħaż-Żabbar tul il-lejl. Jidher li ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.
L-ewwel karozza ħadet in-nar meta kienet ipparkjata fi Triq Wiġi Rosato, Bormla. Hija nstabet qed tinħaraq minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-ħabta tas-02:30.
F’każ separat, żewġ karozzi jidher li ħadu n-nar fi Triq il-Pellegrinaġġ tar-roti f’Ħaż-Żabbar waqt li kienu pparkjati.