Tliet karozzi ħadu n-nar f’bitħa fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-15:50 m,eta għal xi raġuni, bitħa li fiha hemm il-garaxxijiet ħadet in-nar.
Konsegwentament, tliet karozzi tat-tip Renault, Volvo u Hyundai inħakmu min-nirien. Sa issa għadu mhux stabbilit x’ ikkawża n-nar.
Minnufih intbgħatu żewġ karozzi tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, filwaqt li l-pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun mmexxija mill-Ispettur Wayne Camilleri qed jinvestigaw il-każ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja qed imexxi l-inkjesta maġisterjali li nħatret dwar dan il-każ.