Tliet karozzi ħadu n-nar fi Triq il-Vittorja Ħal Qormi, bil-konsegwenza li dar fil-viċin ġarrbet xi ħsarat ukoll. Dan seħħ għal-ħabta tas-01:40.
In-nar beda mill-karozza tat-tip BMW li kienet ipparkjata,u kompla fuq żewġ vetturi oħra tat-tip Toyota Platz u Hyundai Accent.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, bil-għajnuna tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u l-Pulizija tad-Distrett.
Ħadd ma weġġa’ f’ dan l-inċident, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Sa’ issa għadu mhux stabbilit jekk in-nirien tqabbdux apposta jew inkella jekk kienx verament inċident.