Tliet kantanti Maltin kisbu suċċess fil-Polonja f’festival tal-kultura.Jade Spiteri ta’ ħames snin ikklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tagħha, Ela Cachia ta’ 14-il sena kisbet l-ewwel post fil-kategorija taż-żgħażagħ u Maria Yasmin Cutajar ta’ 17-il sena kienet ir-rebbieħa assoluta minn 240 parteċipant.
It-tliet kantanti, li jattendu l-iskola tal-kant La Voix Academy immexxija minn Gillian Attard, ħadu din l-opportunita’ biex filwaqt li jkabru l-portafoll ta’ esperjenzi, isiru jafu aktar persuni b’kulturi differenti.