Attakk Russu fiċ-Ċentru tal-Ukrajna, ħalla 9 persuni mejta, fosthom 3 itfal.
L-attakk beda fuq stazzjon fil-belt ta’ Dnipro, u kompla billi laqat diversi djar fil-Lvant, f’Synelnykove.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li dan l-attakk kompla jixhed il-bżonn li kull belt ikollha difiża tal-ajru b’saħħitha.
Skont il-Ministeru għall-Intern, żewġt itfal ta’ 6 u 8 snin tilfu ħajjithom fi djarhom. Dan filwaqt li tifel ieħor miet aktar tard fl-Isptar, filwaqt li diversi oħrajn indarbu.
F’dawn l-attakki, intlaqat ukoll sptar fejn jitwieldu t-trabi.