Tliet irġiel mis-Siġġiewi inżammu arrestati wara li qed jiġu akkużati li f’Ġunju tas-sena l-oħra, rabtu u stupraw tfajla deskritta bħala vulnerabbli f’għalqa Ħaż-Żebbuġ.
Il-prosekuzzjoni spjegat li dan il-każ qed jiġi meqjus bħala dak li huwa msejjaħ gang rape, jiġifieri li t-tliet irġiel stupraw lit-tfajla fl-istess ħin. L-irġiel li l-eta tagħhom tvarja bejn 22 u 25 sena li huma studenti u ieħor jaħdem f’ristorant wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom.
Sabiex jiġi protett isem il-vittma, l-avukat li qed jidher parte civile Arthur Azzopadi talab għal divjett fuq l-identità tat-tfajla.