Tliet persuni jittieħdu l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-6.45 ta’ dalgħodu fi Triq il-Mellieħa, il-Manikata.
Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel starriġ jidher li raġel ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota Corsa u li għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat f’arblu. Miegħu kellu żewġ passiġġieri: raġel ta’ 25 sena minn Għajnsielem u ieħor ta’ 30 sena miż-Żebbuġ Għawdex.
Malli seħħ l-inċident, raġel ta’ 47 sena minn San Pawl il-Baħar li kien qed isuq mutur tal-għamla Honda CB600S, għafas il-break b’mod immedjat b’konsegwenza li skiddja u waqa’.
Fuq il-post tal-inċident issejjħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna.
Is-sewwieq tal-karozza flimkien mal-passiġġier ta’ 25 sena u x-xufier tal-mutur ittieħdu l-isptar għall-aktar kura.