Żewġ Somali u Taljan baqgħu jinżammu arresti wara li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ serqa bi vjolenza.
Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ġew akkużati li, nhar it-12 ta’ Marzu, żammew raġel kontra l-volontà tiegħu, serqulu xi ġojjellerija, weġġgħuh ħafif, u ġarrew arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr permess.
Daniele Di Bona ta’ 33 sena, Fatah Mohmaud Hassan ta’ 39 sena, u Daud Shiek Ahmed ta’ 28 sena, ġew akkużati wkoll li jgħixu ħajja ta’ għażż.
L-irġiel qed iwieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, iżda d-difiża m’għamlitx talba għall-ħelisen mill-arrest, hekk kif m’għandhomx residenza fissa.
B’hekk, huma nżammu arrestati.