Dalgħodu għall-ħabta tal-11.30 seħħet ħabta bejn żewġ vetturi tat-tip Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 22 sena, residenti r-Rabat u VW Golf, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena li joqgħod Marsaskala.
Flimkien mas-sewwieq ta’ 22 sena, kien hemm ukoll passiġġier raġel ta’ 24 sena, residenti l-Imtarfa.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-Imtaħleb, limiti tar-Rabat.
It-tliet irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Iktar tard ir-raġel ta’ 41 sena ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ irġiel l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.