Tliet immigranti ġew rilokati mill-Italja u l-Ġreċja f’pajjiżna bħala parti mill-iskema Ewropea ta’ rilokazzjoni.
L-EASO qed tappoġġja lill-Italja u l-Greċja fl-implimentazzjoni ta’ din l-iskema, bħala parti mill-Aġenda Ewropea fejn tidħol l-imigrazzjoni. Fid- 9 ta’ Ottubru 2015, saret l-ewwel rilokazzjoni ta’ 19-il immigrant li qed ifittex l-ażil bejn l-Italja u l-Isvezja. Sena wara, madwar 6000 applikant għall-ażil ġew rilokati mill-Italja u l-Greċja.
F’pajjiżna ġie rilokat immigrant mill-Greċja u żewġ immigranti mill-Italja. Il-Ġermanja kien l-aktar pajjiż li rċieva immigranti mill-Greċja u l-Italja, b’total ta’ 71.
B’kollox ġew rilokati 4,637 immigrant mill-Greċja u 1,316 immigrant mill-Italja, b’total ta’ 5,953 rilokazzjoni.