Dun Daniel Cardona, Dun Denis Schembri u Dun Peter Paul Sultana se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom f’karigi differenti fadti lilhom mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
Il-parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq, li tiġbor fiha aktar minn għaxart’elef persuna, ser tkun qed tara lil Dun Daniel Cardona bħala l-Arċipriet tagħha hekk kif Dun Karm Mercieca ser ikompli jagħti s-servizz tiegħu fl-Arċidjoċesi.
Cardona twieled fl-1973 u ġie ordnat saċerdot fl-1999, aktar tard serva wkoll ta’ Arċipriet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Dun Denis Schembri nħatar bħala Arċipriet tal-parroċċa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema, b’madwar tliet elef parruċċjan, minflok Dun Anton Portelli li ukoll ser ikompli jservi f-Arċidjoċesi.
Schembri twieled fl-1951 u ġie ordnat saċerdot fl-1979 tul is-servizz tiegħu huwa serva wkoll lil hinn minn xtutna f’Turin l-Italja.
L-aħħar ħatra mill-Arċisqof Scicluna kienet ta’ Dun Peter Paul Sultana bħala amministratur parrokkjali tal-parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Manikata.
Sultana twieled fl-1983, ġie ordnat saċerdot fl-2014 meta beda l-ħidma partorali tiegħu f’Marche, l-Italja.