Tliet irġiel ta’ nazzjonalitá Rumena sofrew ġrieħi gravi wara li kawża ta’ steam sofrew ħruq waqt li kienu qed jagħmlu xogħlijiet fuq vapur fit-tarzna ta’ Palumbo.
Wieħed mill-vittmi ġie kkurat fuq il-post, filwaqt li ż-żewġ irġiel l-oħra ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-istħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla għadu għaddej.