L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini approvat tlett faċilitajiet ġodda sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan bil-għan li jkun hemm żieda fit-tilqim madwar l-Unjoni Ewropea.
Din l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea qalet li l-faċilitajiet se jinfetħu fl-Olanda, fil-Ġermanja u fl-Iżviżżera. Dan sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-kumpaniji AstraZeneca, Pfizer u Moderna, li kienu approvati mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Dan l-iżvilupp qed iseħħ wara s-summit virtwali tal-Kunsill Ewropew, li sar matul il-jum tal-Ħamis. F’dan is-summit il-Prim Ministru Malti Robert Abela saħaq fuq il-bżonn li jitħaffef il-proċess tal-produzzjoni u fid-distribuzzjoni tal-vaċċin, sabiex aktar nies jitlaqqmu u b’hekk ikunu jistgħu jitħaddmu mekkaniżmi bħaċ-ċertifikat ta’ vaċċinazzjoni.